EURODESK
Dan hu l-mezz li bih iżżid l-għarfien fost iż-żgħażagħ dwar l-opportunitajiet ta’ mobilità kif ukoll iħeġġiġhom biex ikunu ċittadini attivi.

EURODESK MT

Skopri modi kif tesperjenza l-Ewropa.
Ejjew ngħinuk issib triqtek.
Il-proġett tiegħek barra l-pajjiż qiegħed jistenna.
Ibda Magħna.

OPPORTUNITAJIET

Imħajjar biex tibda l-avventura tiegħek li jmiss lejn pajjiż ieħor u ma tafx min fejn se tibda?

Tixtieq issir taf aktar dwar xi pajjiż u x’tip ta’ possibbiltajiet joffri liż-żgħażagħ?
Time to move

Matul ix-xahar ta’ Ottubru, Eurodesk mexxa kampanja biex iqajjem kuxjenza dwar il-ħafna possibbiltajiet li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom barra minn Malta filwaqt li jieħdu sehem fi proġetti internazzjonali fl-Ewropa u anke lil hinn minnha.

Matul l-kampanjaTime to Move, Eurodesk torganizza attivitajiet varji madwar l-Ewropa kollha biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħmlu użu mill-Eurodesk lokali tagħhom bħala sors ta’ informazzjoni dwar mobilità Ewropea.

L-attivitajiet kollha huma mmexxija minn esperti tal-informazzjoni tal-Eurodesk, dejjem lesti biex ikunu ta’ servizz għalik u jgħinuk issib il-proġett internazzjonali l-aktar adattat għall-bżonnijiet tiegħek.

Volontarjat f’pajjiż ieħor għal ftit xhur?

Skambju ta’skola għal semestru?

Apprentistat barra mill-pajjiż?

AĦNA QEGĦDIN HAWN GĦALIK!!

Young Reporters


Write it Up! hija inizjattiva maħluqa mill-EurodeskMT imħaddma mis-Servizz ta’ Informazzjoni għaż-Żgħażagħ tal-Aġenzija Żgħażagħ li għandha l-għan li tirrapporta dwar l-impatti u l-benefiċċji tal-esperjenzi taż-żgħażagħ (studju, apprentistati, vjaġġar, volontarjat) barra mill-pajjiż, permezz t’informazzjoni affidabbli.
Dan il-proġett jipprovdi pjattaforma ta’networking li tiġbor flimkien żgħażagħ li għandhom esperjenzi barra mill-pajjiż t’oriġini tal-individwu, ma’ oħrajn li huma interessati li jirrapportaw dwar l-esperjenzi taż-żgħażagħ (studju, apprentistat, vjaġġar, volontarjat) barra l-pajjiż.

Xi kummenti tal-ġurnalisti żgħażagħ:

 

“Peress li kelli l-opportunità li nistudja barra mill-pajjiż, nista’ napprova b’kunfidenza sħiħa u nħeġġeġ lill-individwi oħra biex jagħmlu din l-esperjenza, billi nirrapporta dwar l-esperjenzi immensament ikkuluriti t’oħrajn.” – Jethro

 

“L-inizjattiva Young Reporters hija mezz fejn iż-żgħażagħ jaqsmu l-istejjer tagħhom, filwaqt li jispiraw żgħażagħ oħra biex jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom.” – Veronika

Publikazzjonijiet
Avvenimenti Passati